Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0392

    Kawża C-392/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/26


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

    (Kawża C-392/15)

    (2015/C 302/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u K. Talabér-Ritz, aġenti)

    Konvenuta: L-Ungerija

    Talbiet

    tikkonstata li, billi ssuġġettat l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għal rekwiżit ta’ nazzjonalità, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Kummissjoni tikkunsidra li rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar huwa diskriminatorju u jikkostitwixxi ostakolu sproporzjonat għal-libertà ta’ stabbiliment. Billi imponiet tali rekwiżit, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Il-Kummissjoni tqis li, min-natura tagħhom, il-funzjonijiet attribwiti lin-nutara mil-leġiżlazzjoni Ungeriża ma humiex relatati mal-eżerċizzju tal-poter pubbliku u, konsegwentement, l-impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-eżerċizzju ta’ din il-professjoni ma tistax tiġi ġġustifikata bl-invokazzjoni tad-deroga fl-Artikolu 51 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    Top