This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0356
Case C-356/15: Action brought on 13 July 2015 — European Commission v Kingdom of Belgium
Kawża C-356/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
Kawża C-356/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
ĠU C 302, 14.9.2015, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/25 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-356/15)
(2015/C 302/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, avukat)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
— |
tikkonstata li billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-Liġi-Qafas tas-27 ta’ Diċembru 2012, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 11, 12 u 76(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u taħt id-Deċiżjoni Nru A1 tal-Kummissjoni amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (3). |
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-Liġi-Qafas tas-27 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni tqis li r-Renju tal-Belġju kiser l-Artikoli 11, 12 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif ukoll l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u d-Deċiżjoni Nru A1 tal-Kummissjoni amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, peress li huwa ma jirrikonoxxix in-natura vinkolanti tad-dokument li joriġina mill-Istat Membru tal-ħaddiem ikkollokat li jattesta li huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
(3) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.