Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0297

    Kawża C-297/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Ferring Lægemidler A/S li qed taġixxi għal Ferring B.V. vs Orifarm A/S

    ĠU C 294, 7.9.2015, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/34


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Ferring Lægemidler A/S li qed taġixxi għal Ferring B.V. vs Orifarm A/S

    (Kawża C-297/15)

    (2015/C 294/42)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Sø- og Handelsretten (id-Danimarka)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ferring Lægemidler A/S li qed taġixxi għal Ferring B.V.

    Konvenuta: Orifarm A/S

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) u l-ġurisprudenza relatata għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi għat-tkomplija tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali minn importatur parallel meta dan tal-aħħar ikun ippakkja mill-ġdid l-imsemmi prodott mediċinali f’imballaġġ ġdid u fuqu waħħal it-trade mark f’sitwazzjoni fejn il-proprjetarju tat-trade mark ikun ikkummerċjalizza dan il-prodott mediċinali f’ippakkjar li għandu l-istess volum u l-istess daqs fil-pajjiżi kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea fejn dan jitqiegħed fis-suq?

    2)

    Għandha tingħata risposta differenti għall-ewwel domanda jekk, kemm fl-Istat ta’ esportazzjoni kif ukoll fl-Istat ta’ importazzjoni, il-proprjetarju tat-trade mark ikun qiegħed fis-suq żewġ tipi ta’ ppakkjar differenti, jiġifieri kaxxi li fihom għaxar fliexken u kaxxi li fihom flixkun wieħed, u l-importatur jkun xtara fl-Istat ta’ esportazzjoni l-kaxxi li fihom għaxar fliexken sabiex jippakkjahom mill-ġdid f’kaxxi li fihom flixkun wieħed u fuqhom iwaħħal it-trade mark qabel it-tqegħid fis-suq tal-Istat ta’ importazzjoni?


    (1)  ĠU L 299, p. 25.


    Top