Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0203

    Kawża C-203/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Isvezja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen

    ĠU C 221, 6.7.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Isvezja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen

    (Kawża C-203/15)

    (2015/C 221/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Kammarrätten i Stockholm

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Tele2 Sverige AB

    Konvenuta: Post- och telestyrelsen

    Domandi preliminari

    1)

    Obbligu ġenerali ta’ żamma tal-informazzjoni, dwar il-persuni kollha, il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika kollha u li tirrigwarda d-data dwar it-traffiku kollha mingħajr ebda distinzjoni, limitazzjoni jew eċċezzjoni bl-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità [u kif deskritt fid-deċiżjoni tar-rinviju] huwa kompatibbli mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE (1), b’kunsiderazzjoni tal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

    2)

    Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija negattiva, tali obbligu ta’ żamma jista’ madankollu jiġi rikonoxxut:

    a)

    jekk l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data miżmuma huwa mfassal kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju], u

    b)

    jekk ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà tad-data huma rregolati kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju] iktar ’il fuq, u li

    c)

    id-data inkwistjoni kollha għandha tinżamm għal sitt xhur, ikkalkolati mill-ġurnata meta tieqaf il-komunikazzjoni, qabel titħassar, kif huwa espost [fid-deċiżjoni tar-rinviju]?


    (1)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).


    Top