Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0201

Kawża C-201/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fid-29 ta’ April 2015 – Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis) vs Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

ĠU C 221, 6.7.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fid-29 ta’ April 2015 – Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis) vs Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

(Kawża C-201/15)

(2015/C 221/05)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis)

Konvenut: Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

Domandi preliminari

1)

Regola tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 5(3) tal-Liġi 1387/1983, li tissuġġetta t-tkeċċiji kollettivi f’impriża partikolari għal awtorizzazzjoni mill-Amministrazzjoni maħruġa abbażi tal-kriterji: a) tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, b) tas-sitwazzjoni tal-impriża u ċ) tal-interess tal-ekonomija nazzjonali, hija b’mod partikolari konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59/KE (1) u, ġeneralment mal-Artikoli 49 u 63 TFUE?

2)

Fl-ipoteżi ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, regola tad-dritt nazzjonali ta’ tali kontenut hija konformi, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59/KE u, ġeneralment, mal-Artikoli 49 u 63 TFUE meta jeżistu raġunijiet soċjali serji, bħal kriżi ekonomika gravi u livell ta’ qgħad partikolarment għoli?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).


Top