This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0149
Case C-149/15: Request for a preliminary ruling from the Cour d’appel de Liège (Belgium) lodged on 30 March 2015 — Sabrina Wathelet v Garage Bietheres & Fils SPRL
Kawża C-149/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Sabrina Wathelet vs Garage Bietheres & Fils SPRL
Kawża C-149/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Sabrina Wathelet vs Garage Bietheres & Fils SPRL
ĠU C 213, 29.6.2015, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Sabrina Wathelet vs Garage Bietheres & Fils SPRL
(Kawża C-149/15)
(2015/C 213/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sabrina Wathelet
Konvenuta: Garage Bietheres & Fils SPRL
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “bejjiegħ” ta’ oġġetti ta’ konsum, imsemmi fl-Artikolu 1649a tal-Kodiċi Ċivili Belġjan miżjud bil-liġi tal-1 ta’ Settembru 1994 intitolata “Liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti ta’ konsum” li tittrasponi fid-dritt Belġjan id-Direttiva Ewropea 1999/44/KE, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix biss lill-professjonist li, fil-kwalità ta’ bejjiegħ jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġett ta’ konsum lil konsumatur, iżda anki l-professjonist li jintervjeni bħala intermedjarju għal bejjiegħ mhux professjonist, kemm jekk jitħallas kif ukoll jekk le, għall-intervent tiegħu, kemm jekk ikun informa kif ukoll jekk le, lix-xejjer prospettiv, li l-bejjiegħ kien individwu privat?
(1) Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223).