Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0046

    Kawża C-46/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall) fil-5 ta’ Frar 2015 – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda (Ambisig) vs AICP – Associação de Industriais do Concelho de Pombal

    ĠU C 146, 4.5.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 146/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall) fil-5 ta’ Frar 2015 – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda (Ambisig) vs AICP – Associação de Industriais do Concelho de Pombal

    (Kawża C-46/15)

    (2015/C 146/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Central Administrativo Sul

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda (Ambisig)

    Konvenuta: Associação de Industriais do Concelho de Pombal

    Parti oħra: Indice – ICT & Management, Lda

    Domandi preliminari

    1)

    Peress li l-leġiżlazzjoni Portugiża ma tirregolax is-suġġett inkluż fit-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, din id-dispożizzjoni hija direttament applikabbli fl-ordinament ġuridiku Portugiż fis-sens li tagħti lill-individwi dritt li jista’ jiġi invokat kontra l-awtoritajiet kontraenti?

    2)

    It-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regoli, stabbiliti minn awtorità kontraenti, li ma jippermettux lill-operatur ekonomiku jipproduċi l-prova tal-provvista ta’ servizzi permezz ta’ dikjarazzjoni ffirmata minnu stess, sakemm huwa ma jipprovax impossibbiltà jew diffikultà serja fil-kisba ta’ dikjarazzjoni ta’ xerrej privat?

    3)

    It-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regoli, stabbiliti minn awtorità kontraenti, li, taħt piena ta’ esklużjoni, jirrikjedu li d-dikjarazzjoni tax-xerrej privat tinkludi ċ-ċertifikazzjoni ta’ firma minn nutar, avukat jew entità oħra kompetenti?


    (1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


    Top