This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0045
Case C-45/15 P: Appeal brought on 4 February 2015 by Safa Nicu Sepahan Co. against the judgment of the General Court (First Chamber) delivered on 25 November 2014 in Case T-384/11: Safa Nicu Sepahan Co. v Council of the European Union
Kawża C-45/15 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2015 minn Safa Nicu Sepahan Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil- 25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-384/11, Safa Nicu Sepahan Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-45/15 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2015 minn Safa Nicu Sepahan Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil- 25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-384/11, Safa Nicu Sepahan Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 118, 13.4.2015, p. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/16 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 minn Safa Nicu Sepahan Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-384/11, Safa Nicu Sepahan Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-45/15 P)
(2015/C 118/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Safa Nicu Sepahan Co. (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
Fid-dawl tar-raġunijiet esposti f’dan l-appell, Safa Nicu Sepahan Co. titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja joġgħobha:
1. |
tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-384/11 sa fejn:
|
2. |
teżerċita ġurisdizzjoni sħiħa u, fuq il-bażi ta’ elementi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha: Prinċipalment:
Sussidjarjament:
B’mod iktar sussidjarju: |
3. |
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din il-qorti teżamina mill-ġdid l-ammont tad-danni u tagħti sentenza ġdid favur Safa Nicu Sepahan Co. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tqajjem żewġ aggravi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-25 ta’ Novembru 2014, b’diversi argumenti għal kull aggravju:
1) |
Fl-ewwel aggravju tal-appell, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 93 sa 149 tas-sentenza appellata billi ċaħdet it-talba għal kumpens tar-rikorrenti għad-danni materjali kollha kemm huma, minkejja l-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet irrikonoxxiet u ammettiet li r-rikorrenti kienet effettivament sostniet danni materjali minħabba azzjoni serjament illegali tal-Unjoni. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-argumenti li ġejjin:
|
2) |
Fit-tieni aggravju tal-appell, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 92 sa 149 tas-sentenza appellata billi qieset li l-għoti ta’ EUR 50 000 kien jikkostitwixxi kumpens xieraq. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ ġustifikazzjoni, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċpju li jobbligaha tħallas kumpens għad-danni u spejjeż reali, fatt li wassal għal riżultat arbitrarju u illegali. |