This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0484
Case C-484/15: Judgment of the Court (Second Chamber) of 9 March 2017 (request for a preliminary ruling from the Općinski sud u Novom Zagrebu — Croatia) — Ibrica Zulfikarpašić v Slaven Gajer (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Regulation (EC) No 805/2004 — European Enforcement Order for uncontested claims — Requirements for certification as a European Enforcement Order — Concept of ‘court’ — Notary who has issued a writ of execution based on an ‘authentic document’ — Authentic instrument)
Kawża C-484/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu – il-Kroazja) – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew — Kunċett ta’ “qorti” — Nutar li ħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku” — Att awtentiku)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu – il-Kroazja) – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer
(Kawża C-484/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Kunċett ta’ “qorti” - Nutar li ħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku” - Att awtentiku))
(2017/C 144/10)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Novom Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ibrica Zulfikarpašić
Konvenut: Slaven Gajer
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutara, li jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens ta’ dan ir-regolament. |
2) |
Ir-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li mandat ta’ eżekuzzjoni maħruġ minn nutar, fil-Kroazja, abbażi ta’ “dokument awtentiku”, u li ma kienx is-suġġett ta’ oppożizzjoni ma jistax jiġi ċċertifikat bħala titolu eżekuttiv Ewropew peress li dan ma jirrigwardax debitu mhux ikkontestat fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament. |