EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0448

Kawża C-448/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – L-Istat Belġjan vs Wereldhave Belgium Comm. VA, Wereldhave International NV, Wereldhave NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kumpanniji omm u sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri distinti — Sistema fiskali komuni applikabbli — Taxxa fuq il-kumpanniji — Direttiva 90/435/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2(ċ) — Kumpannija suġġetta għat-taxxa, mingħajr possibbiltà ta’ għażla u mingħajr ma tiġi eżentata — Taxxa b’rata ta’ żero)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – L-Istat Belġjan vs Wereldhave Belgium Comm. VA, Wereldhave International NV, Wereldhave NV

(Kawża C-448/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kumpanniji omm u sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri distinti - Sistema fiskali komuni applikabbli - Taxxa fuq il-kumpanniji - Direttiva 90/435/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(ċ) - Kumpannija suġġetta għat-taxxa, mingħajr possibbiltà ta’ għażla u mingħajr ma tiġi eżentata - Taxxa b’rata ta’ żero))

(2017/C 144/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L-Istat Belġjan

Konvenuti: Wereldhave Belgium Comm. VA, Wereldhave International NV, Wereldhave NV

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Artikolu 5(1) tagħha ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha withholding tax hija imposta fuq id-dividendi mqassma minn sussidjarja stabbilita f’dan l-Istat Membru lill-organu ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali, stabbilit fi Stat Membru ieħor, suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji għal rata żero bil-kundizzjoni li l-profitti kollha tiegħu jitqassmu lill-azzjonisti tiegħu, peress li tali organu ma jikkostitwixxix “kumpannija ta’ Stat Membru”, fis-sens ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


Top