Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0286

    Kawża C-286/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa - il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Latvijas propāna gaze” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 2711 — Gassijiet miż-żejt u idrokarbonji oħrajn bil-gass — Materja li tagħti n-natura essenzjali — Gass likwifikat miż-żejt)

    ĠU C 260, 18.7.2016, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa - il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Latvijas propāna gaze”

    (Kawża C-286/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 2711 - Gassijiet miż-żejt u idrokarbonji oħrajn bil-gass - Materja li tagħti n-natura essenzjali - Gass likwifikat miż-żejt))

    (2016/C 260/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests

    Konvenuta: SIA “Latvijas propāna gāze”

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regola 2(b) u r-Regola 3(b) tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009, tat-30 ta’ Settembru 2009, rispettivament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-komponenti kollha ta’ taħlita ta’ gass, bħall-gass likwifikat miż-żejt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jagħtuh flimkien in-natura essenzjali tiegħu, b’tali mod li ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat il-komponent li jagħtih in-natura essenzjali tiegħu u li, fi kwalunkwe każ, ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-kwantità eżatta ta’ kull wieħed mill-komponenti tal-gass likwifikat miż-żejt inkwistjoni, preżunzjoni li s-sustanza li tagħti lill-prodott in-natura essenzjali tiegħu, fis-sens tar-Regola 3(b) ta’ dawn ir-regoli ġenerali, hija dik li l-perċentwali tagħha hija l-ogħla fit-taħlita ma għandhiex tintuża.

    2)

    L-imsemmija nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li gass likwifikat miż-żejt, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi 0,32 % ta’ metan, ta’ etan u ta’ etilene, 58,32 % ta’ propan u ta’ propilene, u mhux iktar minn 39,99 % ta’ butan u ta’ butilene, u li ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata liema waħda mis-sustanzi li jikkomponuh tagħtih in-natura essenzjali tiegħu, jaqa’ taħt is-subintestatura 2711 19 00, bħala “Gassijiet minerali (petroleum) [Gassijiet miż-żejt] u idrokarbonji oħrajn bil-gass, imdewbin, oħrajn”.

    3)

    L-Artikolu 218(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimplikax l-obbligu, għal dikjarant ta’ gass likwifikat miż-żejt, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jindika preċiżament il-perċentwali tas-sustanza li minnha huwa prinċipalment magħmul dan il-gass likwifikat miż-żejt.


    (1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


    Top