This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0273
Case C-273/15: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 26 May 2016 (request for a preliminary ruling from the Augstākās tiesas — Latvia) — ZS ‘Ezernieki’ v Lauku atbalsta dienests (Reference for a preliminary ruling — Agriculture — European Agricultural Guidance and Guarantee Fund — Regulations (EC) Nos 1257/1999 and 817/2004 — Support for rural development — Recovery of undue payments — Increase of the area declared during the five-year commitment period above the threshold provided for — Replacement of the original commitment by a new commitment — Non-compliance by the beneficiary with the obligation to submit an annual application for payment of aid — National legislation requiring the repayment of all aid paid over several years — Principle of proportionality — Articles 17 and 52 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union)
Kawża C-273/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa - il-Latvja) – ZS “Ezernieki” vs Lauku atbalsta dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija — Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 817/2004 — Għajnuna għall-iżvilupp rurali — Irkupru tal-pagament indebitu — Żieda fiż-żona ddikjarata tul il-perijodu ta’ impenn għal ħames snin lil hinn mil-limitu previst — Sostituzzjoni tal-impenn inizjali b’impenn ġdid — Nuqqas ta’ osservanza mill-benefiċjarju tal-obbligu tal-preżentata tal-applikazzjoni annwali għall-pagament tal-għajnuna — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ ir-rimbors tal-għajnuna kollha mħallsa matul numru ta’ snin — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Artikoli 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

ĠU C 260, 18.7.2016, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa - il-Latvja) – ZS “Ezernieki” vs Lauku atbalsta dienests
(Kawża C-273/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija - Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 817/2004 - Għajnuna għall-iżvilupp rurali - Irkupru tal-pagament indebitu - Żieda fiż-żona ddikjarata tul il-perijodu ta’ impenn għal ħames snin lil hinn mil-limitu previst - Sostituzzjoni tal-impenn inizjali b’impenn ġdid - Nuqqas ta’ osservanza mill-benefiċjarju tal-obbligu tal-preżentata tal-applikazzjoni annwali għall-pagament tal-għajnuna - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ ir-rimbors tal-għajnuna kollha mħallsa matul numru ta’ snin - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Artikoli 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))
(2016/C 260/13)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ZS “Ezernieki”
Konvenuta: Lauku atbalsta dienests
Dispożittiv
L-Artikolu 71(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG), għandu, fid-dawl tal-għan tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1783/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003 u tar-Regolament Nru 817/2004, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikoli 17 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija bħala korrispettiv għall-impenji tiegħu agroambjentali li jirrigwardaw numru ta’ snin huwa obbligat li jirrimborsa l-għajnuna kollha diġà mħallsa, minħabba l-fatt li ma ppreżentax talba annwali għall-pagament ta’ din l-għajnuna għall-aħħar sena tal-perijodu ta’ ħames snin tal-impenji tiegħu, meta, min-naħa, dan il-perijodu ta’ ħames snin ġie ssostitwit għal wieħed preċedenti minħabba fiż-żieda taż-żona tal-azjenda u li, min-naħa l-oħra, dan il-benefiċjarju ma waqafx jissodisfa l-obbligi tiegħu dwar l-użu taż-żona ddikjarata qabel din iż-żieda.