EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0173

Kawża C-173/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – GE Healthcare GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 32(1)(ċ) — Determinazzjoni tal-valur doganali — Drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji dwar il-merkanzija li qed tkun ivvalutata — Kunċett — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 160 — “Kondizzjoni tal-bejgħ” tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata — Ħlas ta’ drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji lil kumpannija marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej tal-merkanzija — Artikolu 158(3) — Miżuri ta’ aġġustament u ta’ distribuzzjoni)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – GE Healthcare GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-173/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 32(1)(ċ) - Determinazzjoni tal-valur doganali - Drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji dwar il-merkanzija li qed tkun ivvalutata - Kunċett - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 160 - “Kondizzjoni tal-bejgħ” tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata - Ħlas ta’ drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji lil kumpannija marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej tal-merkanzija - Artikolu 158(3) - Miżuri ta’ aġġustament u ta’ distribuzzjoni))

(2017/C 144/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GE Healthcare GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, ma jimponix li l-ammont tad-drittijiet tal-awtur jew tad drittijiet ta’ liċenzji ta’ trade mark ikun iddeterminat fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ liċenzja jew fil-mument tal-bidu tad-dejn doganali sabiex dawn tal-aħħar jitqiesu “marbutin mal-merkanzija li qed tkun vvalutata” għalkemm dawn id-drittijiet tal-awtur jew dawn id-drittijiet ta’ liċenzji jistgħu jkunu relatati biss parzjalment mal-imsemmija merkanzija.

2)

L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006 u l-Artikolu 160 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006, tat-18 ta’ Diċeembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ liċenzji jikkostitwixxu “kondizzjoni tal-bejgħ” tal-merkanzija li qed tkun ivvalutata meta, fi ħdan l-istess grupp ta’ kumpanniji, il-ħlas ta’ dawn id-drittijiet tal-awtur jew ta’ dawn id-drittijiet ta’ liċenzji jkun rikjest minn impriża marbuta kemm mal-bejjiegħ kif ukoll max-xerrej u jitħallas għall-benefiċċju ta’ din l-istess impriża.

3)

L-Artikolu 32(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006 u l-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1875/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-miżuri ta’ aġġustament u ta’ distribuzzjoni, rispettivament imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, jistgħu jsiru meta l-valur doganali tal-merkanzija inkwistjoni jkun iddeterminat mhux skont l-Artikolu 29 ta’ dan ir-regolament, kif emendat, iżda skont il-metodu sussidjarju previst fl-Artikolu 31 tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 236, 20.07.2015


Top