EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0163

Kawża C-163/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) 207/2009 — Artikolu 23 — Liċenzja — Reġistru tat-trade marks Komunitarji — Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH

(Kawża C-163/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) 207/2009 - Artikolu 23 - Liċenzja - Reġistru tat-trade marks Komunitarji - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru))

(2016/C 106/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Youssef Hassan

Konvenuti: Breiding Vertriebsgesellschaft mbH

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’ tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja li tkun is-suġġett tal-liċenzja minkejja li din tal-aħħar ma tkunx imniżżla fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


Top