EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0814
Case T-814/14: Action brought on 17 December 2014 — Banco Espírito Santo v Commission
Kawża T-814/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2014 – Banco Espírito Santo vs Il-Kummissjoni
Kawża T-814/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2014 – Banco Espírito Santo vs Il-Kummissjoni
ĠU C 118, 13.4.2015, p. 29–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/29 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Banco Espírito Santo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-814/14)
(2015/C 118/38)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Banco Espírito Santo, S.A. (rappreżentanti: M. Gorjão-Henriques u L. Bordalo e Sá, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-punti 9 u 18 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, Għajnuna mill-Istat Nru SA.39250 (2014/N) – il-Portugall, Resolution of Banco Espírito Santo, S.A., fil-parti li timponi jew tista’ tiġi interpretata fis-sens li timponi fuq ir-rikorrenti (Banco Espírito Santo, S.A., [iktar ’il quddiem, “BES”]) ir-responsabbiltà għall-assigurazzjoni tar-remunerazzjoni tal-Monitoring Trustee jew kwalunkwe spajjeż oħra tal-Monitoring Trustee; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli ġuridiċi relatati mal-applikazzjoni tat-Trattat – billi imponiet fuq il-BES l-ispejjeż marbuta mas-superviżjoni tat-twettiq tal-impenji meħuda mir-Repubblika Portugiża:
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ awtolimitazzjoni amministrattiva:
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità:
|