EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0625

Kawża T-625/14: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI

ĠU C 351, 6.10.2014, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI

(Kawża T-625/14)

2014/C 351/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 168/2014-5.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta sfera għal oġġetti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37  541

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċhud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top