EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0312

Kawża T-312/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ April 2014 – Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 194, 24.6.2014, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/36


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/14)

2014/C 194/47

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federazione Nazionale delle Cooperative della Pesca (Federcoopesca) (Ruma, l-Italja); Associazione Lega Pesca (Ruma); u AGCI AGR IT AL (Ruma) (rappreżentanti: L. Caroli u S. Ventura, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2013) 8635 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2013, li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sistema Taljana tal-kontroll tas-sajd (Action plan), fir-rigward speċifikament tal-punti 13, 15, 16 u 17 tal-pjan ta’ azzjoni anness mad-Deċiżjoni.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti għandha l-għan li tindirizza n-nuqqasijiet li ġew ikkonstatati fl-applikazzjoni mill-awtorità Taljana tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza jew nuqqas ta’ motivazzjoni.

F’dan ir-rigward intqal li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata sabiex jiġu indirizzati xi irregolaritajiet li ltaqgħu magħhom fl-applikazzjoni ta’ xi regoli tal-politika komuni tas-sajd. Madankollu, l-att ma jikkontjeni l-ebda indikazzjoni dwar tali irregolarità, u b’hekk huwa impossibbli li jiġi identifikat il-proċess loġiku li wassal għall-adozzjoni tiegħu. Tali motiv ta’ invalidità jkun iktar gravi sa fejn tali miżuri għandhom it-tendenza li jidderogaw minn atti preċedenti tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati u tar-regoli li jirrigwardaw l-applikazzjoni tagħhom.

F’dan ir-rigward intqal li d-Deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi ksur tat-Trattati u tal-Artikolu 102(4) tar-Regolament Nru 1224/2009, kif ukoll b’inkompetenza. Hija ma hijiex ddisinnjata sabiex isaħħaħ is-sistema tal-kontrolli, iżda timponi obbligi ġodda mhux previsti f’atti primarji u saħansitra kuntrarji fir-rigward ta’ tali atti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni, raġjonevolezza u proporzjonalità.

F’dan ir-rigward intqal li d-Deċiżjoni tikser il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, sa fejn tistabbilixxi obbligi ġodda u ta’ iktar piż għas-sajjieda Taljani. Il-miżuri huma imbagħad manifestament nieqsa minn kull korrelazzjoni raġjonevoli fir-rigward tal-għan imħaddan u intrinsikament irraġjonevoli u sproporzjonati, peress li fil-fatt ma huwiex possibbli li tiġi identifikata l-konnessjoni eżistenti bejn l-obbligi imposti fuq is-sajjieda u t-twettiq tal-għan tad-Deċiżjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-illeġittimità tas-sistema tal-ksur serju u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 92 tar-Regolament Nru 1224/2009 u l-ksur tal-prinċipju tal-gradwalità u tal-proporzjonalità tas-sanzjoni.

F’dan ir-rigward intqal li, b’kutrast mar-Regolament Nru 1224/2009, li jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet bi gradwalità, id-Deċiżjoni kkontestata timponi s-sospensjoni awtomatika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd f’każ ta’ ksur serju u r-revoka definittiva f’każ ta’ reċidiva. Id-Deċiżjoni b’hekk tissosstitwixxi r-regoli tar-regolament b’sistema differenti u ħafna iktar severa ta’ sanzjonijiet awtomatiċi u irrevokabbli. Is-sistema ta’ penali imposta mill-Action plan tidher barra minn hekk gravement bi ksur tal-prinċipju tal-gradwalità tas-sanzjonijiet, tal-proporzjonalità tagħha fir-rigward tal-gravità tal-ksur u tal-personalità tas-sanzjoni, peress li persuna li hija t-titolari tal-awtorizzazzjoni tiġi ppenalizzata indipendentement mill-identità ta’ minn wettaq il-ksur.


Top