Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0185

    Kawża T-185/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Marzu 2014 – Freitas vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

    ĠU C 184, 16.6.2014, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/34


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2014 – Freitas vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

    (Kawża T-185/14)

    2014/C 184/56

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: José Freitas (Porto, il-Portugall) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

    Talbiet tar-rikorrent

    tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

    tannulla l-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta’ Diċembru 2013 (L 354, p. 132);

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 49 TFUE, sa fejn il-professjoni ta’ nutar taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u ma taqax taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 51 TFUE. Għalhekk il-professjoni ta’ nutar ma tistax tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE (1).

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li n-nutara maħtura permezz ta’ att uffiċjali tal-awtoritajiet pubbliċi huma esklużi b’mod ġenerali u assolut mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE.


    (1)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, p. 22).


    Top