This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0122
Case T-122/14: Action brought on 19 February 2014 — Italy v Commission
Kawża T-122/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Frar 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-122/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Frar 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 102, 7.4.2014, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/42 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-122/14)
2014/C 102/63
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: S. Fiorentino, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2013) 8681 finali, tad-9 ta’ Diċembru 2013, li biha, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ Novembru 2011, mogħtija fil-Kawża C-496/09, il-Kummissjoni intimat lir-Repubblika Taljana biex tħallas l-ammont ta’ EUR 6 252 000.00 bħala pagament ta’ penalità.
Id-deċiżjoni kkontestata tirreferi għat-tieni semestru ta’ dewmien u, jiġifieri, għall-perijodu inkluż bejn is-17 ta’ Mejju u s-17 ta’ Novembru 2012.
Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Gvern Taljan jinvoka l-motivi li ġejjin:
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 260(1) TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 260(3) TFUE, kif ukoll fuq il-ksur tas-sentenza li għandha tiġi eżegwita, fir-rigward tal-krediti miżmuma fuq l-impriżi f’“arranġament preventiv” jew f’“amministrazzjoni miftiehma”. Fil-fatt, id-deċiżjoni ma tnaqqasx mill-għajnuna li tibqa’ dovuta fl-iskadenza tas-semestru ta’ riferiment, il-krediti miżmuma fuq l-impriżi debituri fi stat ta’ falliment u suġġetti għal proċeduri ta’ insolvenza, minkejja li, skont il-Gvern Taljan, dawn huma krediti li għall-irkupru tagħhom l-Istat Membru uża d-diliġenza kollha neċessarja u, għaldaqstant, kellhom jiġu esklużi mill-ammont tal-għajnuna li jibqa’ dovut abbażi tas-sentenza li għandha tiġi eżegwita. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) kif ukoll fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3). |
3. |
Wieħed isostni f’dan ir-rigward li d-deċiżjoni timponi fuq l-awtoritajiet Taljani li japplikaw, għall-ammonti dovuti mill-impriżi għar-rimbors tal-għajnuna mill-Istati, l-interessi bir-rata komposta, kif previst mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 794/2004. Il-Gvern Taljan jikkontesta dan il-punt billi jsostni li – anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (u, b’mod partikolari, tas-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, mogħtija fil-Kawża C-295/07, Il-Kummissjoni vs Département du Loiret u Scott SA) – din is-sistema ta’ kalkolu tal-interessi ma tistax tiġi applikata b’riferiment għad-deċiżjonijiet ta’ rkupru qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 794/2004 u, wisq inqas, b’riferiment għad-deċiżjonijiet ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi li għandhom japplikaw meta għajnuna li tingħata b’mod illegali tkun qed tiġi rkuprata (ĠU C 110, tat-8 ta’ Mejju 2003, p. 21). |