This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0670
Case T-670/14: Order of the General Court of 23 November 2015 — Milchindustrie-Verband and Deutscher Raiffeisenverband v Commission (Action for annulment — Guidelines on State aid for environmental protection and energy 2014-2020 — Association — Members not directly concerned — Inadmissibility)
Kawża T-670/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri — Inammissibbiltà”)
Kawża T-670/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri — Inammissibbiltà”)
ĠU C 27, 25.1.2016, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/57 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-670/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri - Inammissibbiltà”))
(2016/C 027/73)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Milchindustrie-Verband eV (Berlin, il-Ġermanja) u Deutscher Raiffeisenverband eV (Berlin) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2014, intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020” (ĠU C 200, p. 1), sa fejn is-settur tal-operat ta’ mħaleb u l-manifattura tal-ġobon (NACE 10.51) ma huwiex imsemmi fl-Anness 3 ta’ din il-komunikazzjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Milchindustrie-Verband eV u Deutscher Raiffeisenverband eV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |