Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0640

    Kawża T-640/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill (“Rikors għal annullament — Funzjonament tas-swieq finanzjarji — Regolament (UE) Nru 537/2014 — Att leġiżlattiv — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/56


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    (Kawża T-640/14) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Funzjonament tas-swieq finanzjarji - Regolament (UE) Nru 537/2014 - Att leġiżlattiv - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))

    (2016/C 027/72)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Carsten René Beul (Neuwied, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn K.-G. Stümper, sussegwentement minn H.-M. Pott u T. Eckhold, avukati)

    Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. Schonard u D. Warin, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Wiemann u N. Rouam, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, p. 77).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Carsten René Beul għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    4)

    Il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.


    (1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


    Top