Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0636

Kawża T-636/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Sistema lingwistika — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni — Rekwiżiti lingwistiċi li jinsabu fil-modulu ta’ preżentazzjoni online tal-kandidaturi — Allegata diverġenza mal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-636/14) (1)

((“Sistema lingwistika - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni - Rekwiżiti lingwistiċi li jinsabu fil-modulu ta’ preżentazzjoni online tal-kandidaturi - Allegata diverġenza mal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 027/71)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, V. Čepaitė u R. Krasuckaitė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ post battal [pożizzjoni vakanti] COM/2014/10356 ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, C 185 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


Top