This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TA0700
Case T-700/14: Judgment of the General Court of 26 January 2017 — TV1 v Commission (Public service contracts — Tendering procedure — Supply of integrated audiovisual production, dissemination and archiving services — Rejection of the tender of one tenderer — Contract awarded to another tenderer — Offer abnormally low — Obligation to request further clarification — Obligation to state reasons — Transparency — Equal treatment and non-discrimination — Manifest error of assessment)
Kawża T-700/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – TVI vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ produzzjoni awdjoviżiva integrata, ta’ tixrid u ta’ arkivjar — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Offerta anormalment baxxa — Obbligu li tintalab informazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 78, 13.3.2017, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – TVI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-700/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ produzzjoni awdjoviżiva integrata, ta’ tixrid u ta’ arkivjar - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Offerta anormalment baxxa - Obbligu li tintalab informazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 078/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TV1 GmbH (Unterföhring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Scherer-Leydecker, J. Mey u A. Rausch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Moro u M. Noll Ehlers, sussegwentement minn F. Moro u T. Maxian Rusche u fl-aħħar nett minn T. Maxian Rusche u A. Katsimerou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lot Nru IV, intitolat “Live streaming, kompressjoni, hosting u tixrid ta’ kontenut” fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt bir-referenza PO/2014-03/A4 u li jikkonċerna “[s]ervizzi integrati ta’ produzzjoni awdjoviżiva, ta’ tixrid u ta’ arkivjar”, tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tat dan il-lot lill-offerent magħżul u tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-offerent magħżul.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
TV1 GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |