Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0644

    Kawża T-644/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – ADR Center vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna finanzjarja — Programm ġenerali ‘Drittijiet fundamentali u ġustizzja’ għall-perijodu 2007-2013 — Programm speċifiku ‘Ġustizzja ċivili’ — Rikors għal annullament — Deċiżjonijiet li jagħtu titolu eżekuttiv — Artikolu 299 TFUE — Kompetenza tal-awtur tal-att — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Talba intiża li tordna lill-Kummissjoni il-pagament tal-bilanċ li kien dovut skont il-ftehimiet ta’ għotja — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Spejjeż eliġibbli”)

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-644/14) (1)

    ((“Għajnuna finanzjarja - Programm ġenerali ‘Drittijiet fundamentali u ġustizzja’ għall-perijodu 2007-2013 - Programm speċifiku ‘Ġustizzja ċivili’ - Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet li jagħtu titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Kompetenza tal-awtur tal-att - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Talba intiża li tordna lill-Kummissjoni il-pagament tal-bilanċ li kien dovut skont il-ftehimiet ta’ għotja - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż eliġibbli”))

    (2017/C 293/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ADR Center SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment L. Tantalo, sussegwentement A. Guillerme, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Estrada de Solà u L. Cappelletti, sussegwentement J. Estrada de Solà u S. Delaude, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4485 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2014, dwar l-irkupru ta’ parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tat-tliet ftehimiet ta’ għotja konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku “Ġustizzja ċivili”, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tikseb il-kundanna tal-Kummissjoni biex tħallasha l-bilanċ li kien dovut skont tliet ftehimiet ta’ għotja ta’ ammont ta’ EUR 49 172,52 kif ukoll tad-danni,

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    ADR Center SpA għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż ta’ din l-istituzzjoni relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji, u n-nofs tal-ispejjeż tagħha stess, inkluż fir-rigward tal-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn ADR Center, inkluż nofs l-ispejjeż ta’ din tal-aħħar relatati mal- proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


    Top