Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0539

Kawża T-539/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2015 – North Drilling vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħudin kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament”)

ĠU C 16, 18.1.2016, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2015 – North Drilling vs Il-Kunsill

(Kawża T-539/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħudin kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament”))

(2016/C 016/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: North Drilling Co. (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 119, p. 65), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 119, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad- Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil North Drilling Co.

2)

L-effetti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/222 u tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 397/2014 inżammu fir-rigward ta’ North Drilling sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jiġi ppreżentat appel f’dan it-terminu, saċ-ċaħda tal-appell.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


Top