This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FN0074
Case F-74/14: Action brought on 25 July 2014 — ZZ v Commission
Kawża F-74/14: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-74/14: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 388, 3.11.2014, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
3.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 388/30 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-74/14)
2014/C 388/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Sébastien Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Dikjarazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 7 tal-Anness V u tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġdid u ta’ annullament tad-deċiżjoni li tirtira l-benefiċċju tar-rikorrenti għal-leave għal raġuni ta’ distanza u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar bejn il-post tax-xogħol tagħha u l-post ta’ oriġini tagħha li kellha dritt għalihom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni l-ġdida tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jiddikjara l-illegalità tal-Artikoli 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persual u 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persual; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni li ma jingħatawx iktar la l-leave għal raġuni ta’ distanza u lanqas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali lir-rikorrenti mill-2014; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |