Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0410

    Kawża C-410/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid- 29 ta’ Awwissu 2014 – Dr. Falk Pharma GmbH vs DAK-Gesundheit

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Awwissu 2014 – Dr. Falk Pharma GmbH vs DAK-Gesundheit

    (Kawża C-410/14)

    2014/C 409/41

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Dr. Falk Pharma GmbH

    Konvenuta: DAK-Gesundheit

    Parti oħra: Kohlpharma GmbH

    Domandi preliminari

    Skont l-Artikolu 267 TFUE, saru domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva”), kif ifformulati hawnhekk:

    1)

    Id-definizzjoni ta’ “kuntratt pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, ma tibqax tapplika jekk awtorità kontraenti torganizza proċedura ta’ ammissjoni li fil-kuntest tagħha hija tagħti kuntratt mingħajr ma tagħżel operatur ekonomiku jew diversi operaturi ekonomiċi (mudell imsejjaħ “open house”)?

    2)

    Jekk għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda fis-sens li l-għażla ta’ operatur ekonomiku jew ta’ diversi operaturi ekonomiċi hija karatteristika ta’ kuntratt pubbliku, tqum id-domanda li ġejja: l-element karatteristiku marbut mal-għażla ta’ operaturi ekonomiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, fis-sens li awtorità kontraenti tista’ tirrinunzja li tagħżel operatur ekonomiku jew diversi operaturi ekonomiċi fi proċedura ta’ ammissjoni biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

    issir, fuq il-livell tal-Ewropa, pubblikazzjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ proċedura ta’ ammissjoni,

    jiġu ffissati regoli ċari rigward il-konklużjoni tal-kuntratt u l-adeżjoni mal-kuntratt,

    it-termini tal-kuntratt jiġu ffissati minn qabel b’mod li l-ebda operatur ekonomiku ma jkun jista’ jinfluwenza l-kontenut tal-kuntratt,

    l-operaturi ekonomiċi jibbenefikaw, f’kull ħin, minn dritt għal adeżjoni u

    ssir komunikazzjoni, fuq il-livell tal-Ewropa, tal-kuntratti konklużi?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


    Top