This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0376
Case C-376/14: Reference for a preliminary ruling from Supreme Court (Ireland) made on 7 August 2014 — C v M
Kawża C-376/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis- 7 ta’ Awwissu 2014 – C vs M
Kawża C-376/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis- 7 ta’ Awwissu 2014 – C vs M
ĠU C 351, 6.10.2014, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – C vs M
(Kawża C-376/14)
2014/C 351/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C
Konvenuta: M
Domandi preliminari
1) |
L-eżistenza tal-proċedura Franċiża dwar il-kustodja tal-ulied tipprekludi, fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, l-istabbiliment ta’ residenza abitwali tal-wild fl-Irlanda? |
2) |
Il-missier jibqa’ detentur tad-drittijiet ta’ kustodja jew il-qrati Franċiżi jibqa’ jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ kustodja tal-wild b’mod li n-nuqqas ta’ ritorn tal-wild fl-Irlanda jsir illegali? |
3) |
Il-qrati Irlandiżi għandhom is-setgħa li jeżaminaw il-kwistjoni tar-residenza abitwali tal-wild meta dan ikun irrisjeda fl-Irlanda minn Lulju 2012, data li fiha t-teħid tiegħu lejn l-Irlanda ma kienx jikser id-dritt Franċiż? |