This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0326
Case C-326/14: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 7 July 2014 — Verein für Konsumenteninformation v A1 Telekom Austria AG
Kawża C-326/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis- 7 ta’ Lulju 2014 – Verein für Konsumenteninformation vs A1 Telekom Austria AG
Kawża C-326/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis- 7 ta’ Lulju 2014 – Verein für Konsumenteninformation vs A1 Telekom Austria AG
ĠU C 339, 29.9.2014, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Lulju 2014 – Verein für Konsumenteninformation vs A1 Telekom Austria AG
(Kawża C-326/14)
2014/C 339/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation
Konvenuta: A1 Telekom Austria AG
Domanda preliminari
Id-dritt previst għall-abbonati fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali (1) li jirtiraw mill-kuntratt tagħhom mingħajr penali “ma’ avviż ta’ modifiki għad-detriment tal-abbonat fil-kondizzjonijiet kuntrattwali” huwa previst ukoll fil-każ li jkun hemm aġġustament tat-tariffi fuq il-bażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet kuntrattwali li, fil-mument li fih kien ġie konkluż il-kuntratt, kienu diġà jipprevedu l-possibbiltà li jiġi introdott aġġustament tat-tariffi (żieda/tnaqqis) fuq il-bażi ta’ bidliet f’indiċi oġġettiv dwar il-prezzijiet għall-konsumaturi li jirrifletti bidliet fil-valur tal-flus?
(1) Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 337, p. 11).