Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0422

Kawża C-422/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social n° 33 de Barcelona – Spanja) – Christian Pujante Rivera vs Gestora Clubs Dir SL, Fondo de Garantía Salarial (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59/KE — L-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) — Kunċett ta’ “ħaddiema normalment impjegati” fi ħdan l-istabbiliment ikkonċernat — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) — Kunċetti ta’ “tkeċċija” u ta’ “terminazzjonijiet ta’ kuntratt tax-xogħol assimilabbli ma’ tkeċċija” — Modalitajiet ta’ kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema mkeċċija)

ĠU C 16, 18.1.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – Christian Pujante Rivera vs Gestora Clubs Dir SL, Fondo de Garantía Salarial

(Kawża C-422/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċijiet kollettivi - Direttiva 98/59/KE - L-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “ħaddiema normalment impjegati” fi ħdan l-istabbiliment ikkonċernat - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) - Kunċetti ta’ “tkeċċija” u ta’ “terminazzjonijiet ta’ kuntratt tax-xogħol assimilabbli ma’ tkeċċija” - Modalitajiet ta’ kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema mkeċċija))

(2016/C 016/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Pujante Rivera

Konvenuti: Gestora Clubs Dir SL, Fondo de Garantía Salarial

Dispożittiv

1)

L-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiema li jibbenefikaw minn kuntratt konkluż għal żmien jew għal terminu determinat għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-ħaddiema “normalment” impjegati, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fi ħdan l-istabbiliment ikkonċernat.

2)

Bil-għan li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ “redundancy [tkeċċija] kollettiva”, fis-sens tal-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, li tagħti lok għall-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar, il-kundizzjoni li tirriżulta fit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, li jkun “hemm mill-inqas ħames redundancies [tkeċċijiet]” għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tirrigwardax esklużivament it-terminazzjonijiet ta’ kuntratti tax-xogħol assimilati ma’ tkeċċija, iżda esklużivament it-tkeċċijiet fis-sens strett tal-kelma.

3)

Id-Direttiva 98/59 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li persuna li timpjega tipproċedi, unilateralment u għad-detriment tal-ħaddiem, għal bidla sostanzjali tal-elementi essenzjali tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu għal raġunijiet mhux inerenti għall-persuna ta’ dan il-ħaddiem jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “redundancy [tkeċċija]”, imsemmi fl-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014


Top