Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0218

    Kawża C-218/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – L-Irlanda) – Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly vs Minister for Justice and Equality (Rinviju preliminari — Direttiva 2004/38/KE — Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz — Żamma tad-dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz wara t-tluq mill-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni, segwit b’divorzju — Artikolu 7(1)(b) — Riżorsi suffiċjenti — Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-konjuġi ċittadin ta’ pajjiż terz — Dritt taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jaħdmu fl-Istat Membru ospitanti sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ riżorsi suffiċjenti”)

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – L-Irlanda) – Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly vs Minister for Justice and Equality

    (Kawża C-218/14) (1)

    ((Rinviju preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni - Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz - Żamma tad-dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz wara t-tluq mill-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni, segwit b’divorzju - Artikolu 7(1)(b) - Riżorsi suffiċjenti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-konjuġi ċittadin ta’ pajjiż terz - Dritt taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jaħdmu fl-Istat Membru ospitanti sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ riżorsi suffiċjenti”))

    (2015/C 302/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Ireland

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly

    Konvenut: Minister for Justice and Equalityf

    fil-preżenza ta’: Immigrant Council of Ireland

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, iddivorzjat minn ċittadin tal-Unjoni, li ż-żwieġ tiegħu jkun dam mill-inqas tliet snin qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, inkluż mill-inqas sena fl-Istat Membru ospitanti, ma jistax jibbenefika miż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, meta qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, il-konjuġi ċittadin tal-Unjoni jkun telaq mill-imsemmi Stat Membru.

    2)

    L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċittadin tal-Unjoni jkollu riżorsi suffiċjenti għalih u għall-membri tal-familja tiegħu, sabiex ma jkunx ta’ piż għas-sistema tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat Membri ospitanti matul il-perijodu ta’ residenza tiegħu, anki fil-każ li dawn ir-riżorsi joriġinaw parzjalment minn dawk tal-konjuġi tiegħu, li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz.


    (1)  ĠU C 223, 14.07.2014


    Top