Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0160

    Kawża C-160/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varas Cíveis de Lisboa – il-Portugall) – João Filipe Ferreira da Silva e Brito et vs Estado português (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozji — Kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju — Obbligu li ssir talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ kumpens għad-dannu subit minħabba tali ksur għall-annullament minn qabel tad-deċiżjoni li tkun ikkawżat dan id-dannu)

    ĠU C 363, 3.11.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varas Cíveis de Lisboa – il-Portugall) – João Filipe Ferreira da Silva e Brito et vs Estado português

    (Kawża C-160/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozji - Kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju - Obbligu li ssir talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE - Allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ kumpens għad-dannu subit minħabba tali ksur għall-annullament minn qabel tad-deċiżjoni li tkun ikkawżat dan id-dannu))

    (2015/C 363/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Varas Cíveis de Lisboa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: João Filipe Ferreira da Silva e Brito et

    Konvenuta: Estado português

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju” jkopri sitwazzjoni li fiha impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter tiġi stralċata mill-azzjonist maġġoritarju tagħha, li huwa, huwa nnifsu, impriża tat-trasport bl-ajru, u li fiha, sussegwentement, din tal-aħħar tieħu post l-impriża stralċata billi tassumi l-kuntratti tal-kiri ta’ ajruplani u l-kuntratti tat-titjiriet ċarter li għad iridu jsiru, teżerċita attivitajiet li qabel kienu eżerċitati mill-impriża stralċata, tintegra mill-ġdid ċerti ħaddiema li sa dak iż-żmien kienu impjegati ma’ din l-impriża billi tagħtihom funzjonijiet identiċi għal dawk eżerċitati qabel, u tieħu tagħmir żgħir tal-imsemmija impriża.

    2)

    It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali hija marbuta li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’talba għal deċiżjoni preliminari marbuta mal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23, f’ċirkustanzi, bħal dawk tal-kawża prinċipali, ikkaratterizzati kemm minn deċiżjonijiet diverġenti ta’ istanzi ġudizzjarji inferjuri fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett kif ukoll minn diffikultajiet ta’ interpretazzjoni rikorrenti tiegħu fid-diversi Stati Membri.

    3)

    Id-dritt tal-Unjoni u, partikolarment, il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq minn qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, bħala kundizzjoni preliminari, l-annullament tad-deċiżjoni dannuża mogħtija minn din il-qorti, meta tali annullament ikun, fil-prattika, eskluż.


    (1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


    Top