This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0535
Case T-535/13: Action brought on 7 October 2013 — Vakoma v OHIM — VACOM (VAKOMA)
Kawża T-535/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2013 — Vakoma vs UASI — VACOM
Kawża T-535/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2013 — Vakoma vs UASI — VACOM
ĠU C 367, 14.12.2013, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/32 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2013 — Vakoma vs UASI — VACOM
(Kawża T-535/13)
2013/C 367/57
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vakoma GmbH (Magdeburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kazzer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH (Jena, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-konvenut bir-referenza Nru R 0908/2012-1 tal-1 ta’ Awwissu 2013 u nnotifikata fis-6 ta’ Awwissu 2013, kif ukoll tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Marzu 2012, u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1 833 915 bħala infondata; |
— |
tikkundnana lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “VAKOMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 40 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 437 963
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “VACOM” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.