EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0470

Kawża T-470/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Awwissu 2013 — Merck vs Il-Kummisjoni

ĠU C 325, 9.11.2013, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, p. 44–45 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Merck vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-470/13)

2013/C 325/74

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Bär-Bouyssière, K. Lillerud, L. Voldstad, B. Marschall, P. Sabbadini, R. De Travieso, M. Holzhäuser, S. O, avukati, M. Marelus, solicitor, R. Kreisberger u L. Osepciu, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1(1) u 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39.226 — Lundbeck, u l-Artikoli 2(5), 3 u 4 sa fejn dawn huma indirizzati lil Merck;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq Merck; u

fi kwalunkwe każ, tirrimborsa lil Merch l-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlettax-il motiv.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ restrizzjoni minħabba l-għan fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li t-teorija tad-dannu tal-Kummissjoni hija fundamentalment żbaljata.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-approċċ tal-Kummissjoni jmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball meta naqset milli tikkunsidra jew tagħmel dan b’mod xieraq, il-kuntest fattwali, ekonomiku u legali, li kien juri li, fl-assenza tal-ftehim, GUK ma kinitx tniehdi s-citalopram b’mod iktar rapidu fir-Renju Unit jew fis-swieq l-oħrajn taż-ŻEE.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-portata tal-ftehim bejn Lundbeck u GUK.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt meta qieset li Lundbeck u GUK huma kompetituri potenzjali.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li GUK kellu intenzjonijiet antikompetittivi meta kkonkkluda l-Ftehim Renju Unit u ŻEE.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt fil-konstatazzjonijiet tagħha rigward id-daqs u l-għan tat-trasferiment monitarju bejn Lundbeck u GUK.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma evalwatx b’mod korrett l-argumenti mqajma mill-partijiet taħt l-Artikolu 101(3) TFUE.

(10)

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni l-provi ta’ Merck li jikkonfutaw il-preżunzjoni tal-influwenza deċiżiva u, konsegwentement, wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi kkonstatat li din il-preżunzjoni ma kinitx ikkonfutata.

(11)

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata fuq il-bażi tad-dewmien eċċessiv.

(12)

It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tal-partijiet.

(13)

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tas-sanzjonijiet.


Top