EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0535

Kawża T-535/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Jannar 2015 – Vakoma vs UASI – VACOM (VAKOMA) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VAKOMA — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VACOM — Rikors promotur — Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà manifesta” ]

ĠU C 81, 9.3.2015, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2015 – Vakoma vs UASI – VACOM (VAKOMA)

(Kawża T-535/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VAKOMA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VACOM - Rikors promotur - Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta”])

(2015/C 081/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vakoma GmbH (Magdebourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kazzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH (Jena, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 908/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH u Vakoma GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Vakoma Gmbh hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


Top