This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TB0279
Case T-279/13: Order of the General Court of 15 February 2016 — Ezz and Others v Counsel (Action for annulment — Common foreign and security policy — Restrictive measures taken in view of the situation in Egypt — Measures taken against persons responsible for misappropriation of State funds and against associated persons and entities — Freezing of funds — Inclusion of the applicants on the list of persons targeted — Legal basis — Failure to fulfil the criteria for listing — Error of law — Error of fact — Right to property — Damage to reputation — Rights of the defence — Right to effective judicial protection — Obligation to state reasons — Amendment of the claims and pleas in law — Lis pendens — Action in part manifestly inadmissible and in part manifestly lacking any foundation in law)
Kawża T-279/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Ezz et vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu — Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati — Iffriżar ta’ fondi — Inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni kkonċernati — Bażi legali — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għall-inklużjoni — Żball ta’ liġi — Żball ta’ fatt — Dritt għall-proprjetà — Ħsara għar-reputazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aġġustament tat-talbiet u tal-motivi — Lis alibi pendens — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 118, 4.4.2016, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/31 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Ezz et vs Il-Kunsill
(Kawża T-279/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni kkonċernati - Bażi legali - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għall-inklużjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Dritt għall-proprjetà - Ħsara għar-reputazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aġġustament tat-talbiet u tal-motivi - Lis alibi pendens - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2016/C 118/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ahmed Abdelaziz Ezz (Giza, l-Eġittu), Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama (il-Kajr, l-Eġittu), Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (Giza), u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (Giza) (rappreżentanti: J. Binns, solicitor, J. Lewis, QC, B. Kennelly, J. Pobjoy, barristers, S. Rowe u J.-F. Bellis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 63), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/144/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2013(ĠU L 82, p. 54), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 “imġedded permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tat-22 ta’ Marzu 2013”, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 4), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |