EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0629

Kawża T-629/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Molda vs Il-Kummissjoni (“Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Regoli tranżitorji għall-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet mill-2013 — Deċiżjoni 2011/278/UE — Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja — Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi — Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità”)

ĠU C 395, 10.11.2014, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Molda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-629/13) (1)

((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli tranżitorji għall-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet mill-2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri ta’ implementazzjoni nazzjonali ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà professjonali u libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2014/C 395/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Molda AG (Dahlenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke, M. Y. Vollmer, C. Telschow u A. Schulze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), sa fejn l-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni jirrifjuta, għat-tielet perijodu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mill-2013 sal-2020, li jagħti lir-rikorrenti l-kwoti addizzjonali mitluba fuq il-bażi tal-klawżola ta’ rigorożità eċċessiva prevista fl-Artikolu 9(5) tat-Treibhausgas-Emissionshandelsgesetz (il-liġi Ġermaniża fuq l-iskambji ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra) tal-21 ta’ Lulju 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Molda AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


Top