EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0222

Kawża T-222/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-għajnuna minn barra l-Unjoni — Ċaħda tal-kandidatura — Kriterji ta’ selezzjoni — Kuntratti maqsuma f’partijiet — Proġett ta’ referenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ imparzjalità — Prinċipju ta’ kontradittorju”)

ĠU C 395, 10.11.2014, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/13) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-għajnuna minn barra l-Unjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Kriterji ta’ selezzjoni - Kuntratti maqsuma f’partijiet - Proġett ta’ referenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ imparzjalità - Prinċipju ta’ kontradittorju”))

(2014/C 395/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Bihain u S. Pâques, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bordes u R. Tricot, sussegwentement R. Tricot, aġenti, assistiti minn A.-M. Vandromme u J. Stuyck, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittri tagħha tal-15 ta’ Frar u tat-2 ta’ April 2013, li jinformaw lir-rikorrenti li hija ma nżammitx fil-lista ta’ kandidati msejħa jipparteċipaw fil-proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti dwar il-lott 7 tal-kuntratt-qafas multiplu relatat mal-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika minn għajnuna minn barra l-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 105-174077).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


Top