This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0177
Case T-177/13: Judgment of the General Court of 15 December 2016 — TestBioTech and Others v Commission (Environment — Genetically modified products — Genetically modified soybean MON 87701 x MON 89788 — Request for internal review of the decision on marketing authorisation dismissed as unfounded — Obligation to state reasons — Manifest error of assessment)
Kawża T-177/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – TestBio Tech et vs Il-Kummissjoni (“Ambjent — Prodotti ġenetikament modifikati — Sojja ġenetikament modifikata MON 87701 x MON 89788 — Talba għal eżami intern mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq miċħuda bħala infondata — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)
Kawża T-177/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – TestBio Tech et vs Il-Kummissjoni (“Ambjent — Prodotti ġenetikament modifikati — Sojja ġenetikament modifikata MON 87701 x MON 89788 — Talba għal eżami intern mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq miċħuda bħala infondata — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)
ĠU C 38, 6.2.2017, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – TestBio Tech et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-177/13) (1)
((“Ambjent - Prodotti ġenetikament modifikati - Sojja ġenetikament modifikata MON 87701 x MON 89788 - Talba għal eżami intern mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq miċħuda bħala infondata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 038/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TestBio Tech eV (Munich, il-Ġermanja), European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV (Braunschweig, il-Ġermanja), Sambucus eV (Vahlde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Smith, QC u J. Stevenson, barrister)
Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Cattabriga u P. Oliver, sussegwentement minn C. Cattabriga u L. Flynn u finalment minn C. Cattabriga, L. Flynn u C. Valero, aġenti)
Partijiet konvenuti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn E. Jenkinson u L. Christie, sussegwentment minn L. Christie, u finalment minn S. Brandon, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister), Autorité européenne de sécurité des aliments (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti) u Monsanto Europe (Antwepen, il-Belġju) u Monsanto Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Pittie, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Jannar 2013, dwar l-eżami intern mill-ġdid tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2012, L 171, p. 13).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV u Sambucus eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |