This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013FN0046
Case F-46/13: Action brought on 16 May 2013 — ZZ v European Commission
Kawża F-46/13: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-46/13: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 207, 20.7.2013, pp. 62–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 15–15
(HR)
|
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/62 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/13)
2013/C 207/109
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet II li tressqet mid-DĠ DEVCO u talba għall-kumpens għad-dannu materjali subit.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, bħala awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem l-“ASTK”), tal-4 ta’ Ottubru 2012 li ma tirreklutax lir-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt awżiljarju tal-grupp ta’ funzjonijiet II; |
|
— |
sal-limitu meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-ASTK, tas-7 ta’ Frar 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-19 ta’ Ottubru 2012; |
|
— |
jikkumpensa d-dannu materjali tiegħu; |
|
— |
jagħti s-somma stabbilita ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 50 000 fir-rigward tad-dannu morali subit; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |