This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0528
Case C-528/13: Request for a preliminary ruling from the Tribunal administratif de Strasbourg (France) lodged on 8 October 2013 — Geoffrey Léger v Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang
Kawża C-528/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Strasbourg (Franza) fit- 8 ta’ Ottubru 2013 — Geoffrey Léger vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang
Kawża C-528/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Strasbourg (Franza) fit- 8 ta’ Ottubru 2013 — Geoffrey Léger vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang
ĠU C 367, 14.12.2013, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Strasbourg (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2013 — Geoffrey Léger vs Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang
(Kawża C-528/13)
2013/C 367/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Strasbourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Geoffrey Léger
Konvenuti: Ministre des affaires sociales et de la santé, Établissement français du sang
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-Anness III tad-Direttiva 2004/33/KE (1), il-fatt li raġel ikollu relazzjoni sesswali ma’ raġel ieħor jikkostitwixxi, fih innifsu, imġieba sesswali li tesponi lil persuna għal riskju għoli li takkwista mard serju li jittieħed li jista’ jiġi trasmess mid-demm u li tiġġustifika l-esklużjoni permanenti tal-persuni li pparteċipaw f’din l-imġieba sesswali mid-donazzjoni tad-demm, jew inkella jikkostitwixxi biss imġieba sesswali li tesponi lil persuna għal riskju għoli li takkwista mard serju li jittieħed li jista’ jiġi trasmess mid-demm u li tiġġustifika esklużjoni temporanja mid-donazzjoni tad-demm għal perijodu speċifiku wara li tkun intemmet l-imġieba li tesponi għar-riskju?
(1) Diretiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE, tat-22 ta’ Marzu 2004, li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 08, p. 272)