Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0438

    Kawża C-438/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fit- 2 ta’ Awwissu 2013 — SC BCR Leasing IFN SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

    ĠU C 325, 9.11.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 325, 9.11.2013, p. 12–12 (HR)

    9.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 325/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2013 — SC BCR Leasing IFN SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

    (Kawża C-438/13)

    2013/C 325/22

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel București

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC BCR Leasing IFN SA

    Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de administrare a marilor contribuabili, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția generală de soluționare a contestațiilor

    Domanda preliminari

    Is-sitwazzjoni ta’ oġġetti li jkunu s-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing li, wara r-rexissjoni ta’ dan il-kuntratt minħabba nuqqas min-naħa tal-kerrej, ma ġewx irkuprati mill-kumpannija ta’ leasing mingħand il-kerrej, minkejja l-fatt li din il-kumpannija bdiet u kompliet proċeduri legali għall-irkupru tal-imsemmija oġġetti u li, wara r-rexissjoni, hija ma rċeviet ebda somma ta’ flus mill-użu ta’ dawn l-oġġetti, tista’ tiġi kkunsidrata bħala provvista bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/[112]/KE (1) jew, jekk ikun il-każ, bħala provvista ta’ oġġetti bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/[112]/KE?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top