Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0318

    Kawża C-318/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil- 11 ta’ Ġunju 2013 — X

    ĠU C 233, 10.8.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 233, 10.8.2013, p. 2–2 (HR)

    10.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 233/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-11 ta’ Ġunju 2013 — X

    (Kawża C-318/13)

    2013/C 233/06

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: X

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE (1) (id-Direttiva tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-kalkolu ta’ benefiċċju soċjali statutorju dovut minħabba f’inċident fuq il-post tax-xogħol, l-użu, bħala fattur attwarjali, tad-differenza fl-aspettattivi tal-għomor bejn l-irġiel u n-nisa, fejn l-użu ta’ dan il-fattur iwassal għall-ħlas ta’ kumpens f’daqqa taħt din id-dispożizzjoni li meta jingħata lil raġel, huwa inqas minn dak li tirċievi mara tal-istess età u f’sitwazzjoni simili fir-rigward tal-kumplament?

    (2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, hemm f’dan il-każ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni għall-implementazzjoni tar-responsabbiltà tal-Istat Membru, b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni għall-fatt li

    il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx espressament, fil-ġurisprudenza tagħha, dwar il-legalità ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi attwarjali bbażati fuq is-sess fid-determinazzjoni tal-benefiċċji mħallsa taħt sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali u li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7;

    il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fis-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2011, Association belge des Consommateurs Test-Achats et (C-236/09, Ġabra p. I-773), li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 (2) (Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi), li jippermetti t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali fatturi, kien invalidu, iżda dan kien ser ikun hekk biss wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tranżizzjoni, u li

    il-leġiżlatur tal-Unjoni, fid-Direttivi 2004/113/KE u 2006/54/KE (3) (Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol), approva taħt ċerti kundizzjonijiet, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi attwarjali bbażati fuq is-sess fil-kalkolu tal-benefiċċji msemmija taħt dawn id-direttivi, li għalhekk iħalli lil-leġiżlatur nazzjonali jassumi li dawn il-fatturi setgħu wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tas-sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali inkwistjoni?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.

    (2)  ĠU 2006, L 153M, p. 294.

    (3)  ĠU L 204, p. 23.


    Top