Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0531

Kawża C-531/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awsrija) – Marktgemeinde Straßwalchen et vs Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend [Ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Proġetti li jeħtieġ jew le li jiġu suġġetti għal evalwazzjoni — Tħaffir esploratorju — Punt 14 tal-Anness I — Kunċett ta’ “estrazzjoni tal-petrolju [żejt mhux maħdum] u tal-gass naturali għal għanijiet kummerċjali”  — Obbligu ta’ evalwazzjoni fil-każ ta’ estrazzjoni ta’ ċerta kwantità ta’ gass — Punt 2(d) tal-Anness II — Kunċett ta’ “tħaffir fil-fond”  — Punt 1 tal-Anness III — Kunċett ta’ “kumulazzjoni ma’ proġetti oħra” ]

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awsrija) – Marktgemeinde Straßwalchen et vs Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend

(Kawża C-531/13) (1)

([Ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Proġetti li jeħtieġ jew le li jiġu suġġetti għal evalwazzjoni - Tħaffir esploratorju - Punt 14 tal-Anness I - Kunċett ta’ “estrazzjoni tal-petrolju [żejt mhux maħdum] u tal-gass naturali għal għanijiet kummerċjali” - Obbligu ta’ evalwazzjoni fil-każ ta’ estrazzjoni ta’ ċerta kwantità ta’ gass - Punt 2(d) tal-Anness II - Kunċett ta’ “tħaffir fil-fond” - Punt 1 tal-Anness III - Kunċett ta’ “kumulazzjoni ma’ proġetti oħra”])

(2015/C 118/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marktgemeinde Straßwalchen, Heinrich Kornhuber, Helga Kornhuber, Karoline Pöckl, Heinze Kornhuber, Marianne Kornhuber, Wolfgang Kornhuber, Andrea Kornhuber, Alois Herzog, Elfriede Herzog, Katrin Herzog, Stefan Asen, Helmut Zopf, Ingrid Zopf, Silvia Zopf, Daniel Zopf, Maria Zopf, Anton Zopf sen., Paula Loibichler, Theresa Baumann, Josep Schindlauer, Christine Schindlauer, Barbara Schindlauer, Bernhard Schindlauer, Alois Mayrhofer, Daniel Mayrhofer, Georg Rindberger, Maria Rindlberger, Georg Rindlberger sen., Max Herzog, Romana Herzog, Michael Herzog, Markus Herzog, Marianne Herzog, Max Herzog sen., Helmut Lettner, Maria Lettner, Anita Lettner, Alois Lettner sen., Christian Lettner, Sandra Lettner, Anton Nagelseder, Amalie Nagelseder, Josef Nagelseder, Gabriele Schachinger, Thomas Schachinger, Andreas Schinagl, Michaela Schinagl, Lukas Schinagl, Michael Schinagl, Maria Schinagl, Josef Schinagl, Johannn Mayr, Christine Mayr, Martin Mayr, Christian Mayr, Johann Mayr sen., Gerhard Herzog, Anton Mayrhofer, Siegfried Zieher

Konvenut: Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend

fil-preżenza ta’: Rohöl-Aufsuchungs AG

Dispożittiv

1)

Il-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-23 ta’ April 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li tħaffir esploratorju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tiegħu jkun previst tentattiv ta’ estrazzjoni ta’ gass naturali u ta’ żejt mhux maħdum sabiex tiġi ddeterminata l-vijabbiltà kummerċjali ta’ ħażna ta’ riżorsi naturali, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2009/31, moqri flimkien mal-punt 2(d) tal-Anness II tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ tħaffir fil-fond, bħalma huwa t-tħaffir esploratorju inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jirriżulta minn din id-dispożizzjoni. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iwettqu eżami partikolari tal-kwistjoni jekk, fid-dawl tal-kriterji li jinsabu fl-Anness III tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2009/31, għandhiex titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. F’dan il-kuntest, għandu jiġi eżaminat b’mod partikolari jekk l-effetti fuq l-ambjent tat-tħaffir esploratorju jistgħux, minħabba l-effetti ta’ proġetti oħra, ikunu iktar sinjifikattivi milli fl-assenza ta’ tali proġetti. Din l-evalwazzjoni ma tistax tiddependi mil-limiti tal-komun.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014


Top