Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0277

    Kawża C-277/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/67/KE — Artikolu 11 — Trasport bl-ajru — Servizz ta’ groundhandling — Għażla tal-fornituri)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-277/13) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/67/KE - Artikolu 11 - Trasport bl-ajru - Servizz ta’ groundhandling - Għażla tal-fornituri))

    2014/C 409/19

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u F.W. Bulst, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, T. Falcão u V. Moura Ramos, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tiġi organizzata proċedura ta’ għażla tal-fornituri awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi ta’ groundhandling għall-kategoriji “bagolli”, “maniġġar tar-rampa” u “merkanzija u posta” fl-ajruporti ta’ Lisbona, ta’ Porto u ta’ Faro, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE, tal-15 ta’ Ottubru 1996, dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 496), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan l-artikolu.

    2)

    Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 233, 10.08.2013.


    Top