This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0544
Case T-544/12: Action brought on 14 December 2012 — Pensa Pharma v OHIM — Ferring and Farmaceutisk Lab Ferring (PENSA PHARMA)
Kawża T-544/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Diċembru 2012 — Pensa Pharma vs UASI — Ferring u Farmaceutisk Lab Ferring (PENSA PHARMA)
Kawża T-544/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Diċembru 2012 — Pensa Pharma vs UASI — Ferring u Farmaceutisk Lab Ferring (PENSA PHARMA)
ĠU C 55, 23.2.2013, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/18 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2012 — Pensa Pharma vs UASI — Ferring u Farmaceutisk Lab Ferring (PENSA PHARMA)
(Kawża T-544/12)
2013/C 55/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pensa Pharma, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: M. Esteve Sanz u M. González Gordon, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Farmaceutisk Lab Ferring A/S (Vanlose, id-Danimarka)
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni R 1883/2011-5 tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Ottubru 2012; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun meħtieġ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti kemm matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll matul il-proċedimenti amministrattivi marbuta mal-appell quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “PENSA PHARMA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4954831
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu bbażati fuq motivi previsti fl-Artikolu 53(1)(a), flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), mal-Artikolu 8(5) u mal-Artikolu 53(2), tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, kif ukoll fuq ir-reġistrazzjoni Nru 377513, għall-Benelux, tat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja milqugħa għall-prodotti u s-servizzi kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 53(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u |
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 |