This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0468
Case T-468/12: Action brought on 16 October 2012 — Wojciech Gęsina Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina v Commission
Kawża T-468/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ottubru 2012 — Wojciech Gęsina Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina vs Il-Kummissjoni
Kawża T-468/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ottubru 2012 — Wojciech Gęsina Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina vs Il-Kummissjoni
ĠU C 71, 9.3.2013, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/22 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2012 — Wojciech Gęsina Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-468/12)
2013/C 71/35
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Wojciech Gęsina Firma Handlowa Faktor B. i W. Gęsia (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: H. Mackiewicz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 554/2012, tad-19 ta’ Ġunju 2012, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:
(1) |
Permezz tal-ewwel motiv ir-rikorrenti tallega l-adozzjoni mill-Kummissjoni tar-regolament ikkontestat bi ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), b’mod partikolari permezz tal-interpretazzjoni żbaljata tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda fir-rigward tal-intestatura 9505, li jgħid li billi l-oġġett dekorattiv ma fih l-ebda stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet oħra li jirreferu għal xi okkażjoni festiva, dan ma ġiex speċifikament iddisinjat jew iffabbrikat sabiex jintuża biss bħala oġġett għal xi okkażjoni festiva u ma huwiex rikonoxxut bħala tali. Skont ir-rikorrenti, il-kontenut tal-intestatura 9505 tan-Nomenklatura Maqgħuda u tan-Noti ta’ Spjega rilevanti, jindikaw li sabiex oġġett jiġi kkunsidrat bħala li huwa intiż għal xi okkażjoni festiva partikolari dan mhux bilfors għandu jinkludi fih stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet oħra li jirreferu direttament għal xi okkażjoni festiva. Il-kwistjoni ta’ jekk prodott kienx esklużivament maħsub, iffabbrikat u rikonoxxut bħala oġġett intiż għal okkażjoni festiva, għandu jinftiehem fid-dawl tas-simboliżmu tal-okkażjoni festiva assoċjata ma’ prodott speċifiku fi Stat Membru, tar-rabtiet tagħha mat-tradizzjoni u mal-kultura f’dan il-pajjiż. Fejn tali artikolu huwa rikonoxxut f’kultura speċifika bħala li huwa oġġetti għal okkażjoni festiva, ma huwiex meħtieġ (għalkemm huwa possibbli) li jinkludi fih simboli, tiżjin jew skrizzjonijiet addizzjonali oħra li jirreferu direttament għal xi okkażjoni festiva. |
(2) |
Permezz tat-tieni motiv ir-rikorrenti tallega l-adozzjoni mill-Kummissjoni tar-regolament ikkontestat bi ksur tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) fir-rigward tal-intestatura 9505 tan-Nomenklatura Magħquda, minħabba fl-interpretazzjoni żbaljata tagħhom, li tgħid li jekk oġġett dekorattiv ma jkun fih l-ebda stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet oħra li jirreferu għal xi okkażjoni festiva, dan ma ġiex speċifikament iddisinjat jew iffabbrikat sabiex jintuża biss bħala oġġett għal xi okkażjoni festiva u ma huwiex rikonoxxut bħala tali. In-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda speċifikament jindikaw li l-oġġetti kklassifikati taħt l-intestatura 9505 tan-Nomenklatura Magħquda huma intiżi għal okkażjoni festiva speċifika, b’mod konformi mal-iffabbrikar u mad-disinn tagħhom (stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet). It-termini użati fil-parenteżi huma biss sempliċi eżempji ta’ dak li jista’ jiġi kopert “mill-iffabbrikar u mid-disinn” wara oġġett. Fi kliem ieħor, In-Nomenklatura Magħquda ma teskludix il-każ fejn, oġġett (bħala tali) huwa simbolu għal okkażjonijiet festivi f’kultura partikolari, anki jekk dan ma fih l-ebda stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet. |
(3) |
Permezz tat-tielet motiv ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi ppermettiet li kategorija ta’ prodotti (il-fjuri artifiċjali u l-pjanti li jintużaw f’okkażjonijiet festivi) ma tiġix ikklassifikata bħala oġġetti għal okkażjoni festiva minħabba li ma hemmx inklużi fihom stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet, filwaqt li kategoriji oħra ta’ prodotti huma kklassifikati taħt l-intestatura 9505 tan-Nomenklatura Magħquda, minkejja li dawn ma fihom l-ebda stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet. L-atti ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea jinkludu informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa minn Stati Membri differenti, dwar il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9505 tan-Nomenklatura Magħquda, ta’ artikoli, (inklużi l-fjuri artifiċjali), li ma jinkludu l-ebda stampar, tiżjin, simboli jew skrizzjonijiet partikolari. Għalhekk oġġett li ma fihx skrizzjonijiet jew simboli jista’ bħala tali jkun simbolu għal okkażjoni festiva speċifika fil-kultura ta’ Stat tal-Unjoni Ewropea u għal din ir-raġuni jiġi rikonoxxut bħala oġġett iddisinjat u ffabbrikat għal okkażjoni festiva. La min-Nota tal-Kapitolu 95 tan-Nomenklatura Magħquda u lanqas min-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda ma jirriżulta li sabiex artikolu jiġi rikonoxxut għal okkażjoni festiva, prodott għandu jiġi rikonoxxut fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea bħala li huwa għal okkażjoni festiva. Tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “artikolu għal okkażjoni festiva” twassal sabiex ftit prodotti jissodisfaw dawn il-kriterji. L-Unjoni Ewropea għandha iktar minn 500 miljun ċittadin, b’tradizzjonijiet, kulturi u twemmin differenti. Għalhekk, mhux biss ma hemmx tradizzjoni ta’ festi komuni fl-Unjoni, iżda l-istess lista ta’ vaganzi tvarja skont l-Istat Membru. Fl-aħħar nett, ċerti prodotti espressament ikklassifikati fl-intestatura 9505 huma biss ikkunsidrati bħala artikoli għal okkażjoni festiva f’ċerti Stati Membri, filwaqt li dik it-tradizzjoni ma tkunx magħrufa jew popolari fl-Istati Membri l-oħra. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.