EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne
Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62012TN0462
Case T-462/12: Action brought on 19 October 2012 — Pilkington Group v Commission
Kawża T-462/12: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Ottubru 2012 — Pilkington Group vs Il-Kummissjoni
Kawża T-462/12: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Ottubru 2012 — Pilkington Group vs Il-Kummissjoni
ĠU C 379, 8.12.2012, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 379/30 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2012 — Pilkington Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-462/12)
2012/C 379/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking u K. Fountoukakos-Kyriakakos, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ Awwissu 2012 li tiċħad talba għall-trattament kunfidenzjali (Deċiżjoni C(2012) 5718 finali) (Kawża COMP/39.125 — Ħġieġ tal-karozza) (u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu); u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 8 tal-Mandat tal-Uffiċjal tas-Seduta (1) u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-prinċipju tal-amministrazzjoni t-tajba peress li naqset milli teżamina b’mod xieraq l-argumenti ddettaljati tar-rikorrenti u peress li pprovdiet raġunijiet inadegwati għall-approċċ tagħha. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni (b’mod partikolari l-Artikolu 339 TFUE, l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2), l-Artikolu 8 tal-Mandat tal-Uffiċjal tas-Seduta) meta ddeċidiet li tippubblika informazzjoni li, wara li jiġu applikati t-test u l-evalwazzjoni legali korretti, kellha tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ taħt l-obbligu tas-sigriet professjonali, peress li l-Kummissjoni:
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-konvenuta meta kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi adottat approċċ sfavorevoli fil-każ tar-rikorrenti meta pparagunata ma’ kumpanniji f’pożizzjoni simili fi proċeduri reċenti jew attwali. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-konvenuta meta kisret il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi ma osservatx l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li informazzjoni kunfidenzjali miksuba minn jew fdata lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri dwar il-kompetizzjoni jkunu protetti mill-iżvelar. |
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni (b’mod partikolari l-Artikolu 339 TFUE, l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, l-Artikolu 8 tal-Mandat tal-Uffiċjal tas-Seduta) meta ddeċidiet li tippubblika informazzjoni li tista’ tidentifika individwi speċifiċi. |
(6) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (3) (b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu) meta adottat mezzi sproporzjonati għall-iżvelar tal-informazzjoni inkwistjoni u eskludiet il-prinċipji u l-proċeduri tal-imsemmi regolament. |
(1) Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, p. 29)
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).