Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0410

    Kawża T-410/12: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Settembru 2012 — Vitaminaqua vs UASI — Energy Brands (vitaminaqua)

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/34


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2012 — Vitaminaqua vs UASI — Energy Brands (vitaminaqua)

    (Kawża T-410/12)

    2012/C 355/71

    Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vitaminaqua Ltd (Londra) (rappreżentant: A. Krajnyák, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Energy Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti tal-Amerka)

    Talbiet tar-rikorrenti

    temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord talAppell tal-UASI li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 338 592, dwar it-trade mark figurattiva “vitaminaqua” (Każ R 997/2011-1), u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark, b’mod li s-sinjal jiġi protett bħala trade mark, skont id-deċiżjoni adottata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI.

    tikkundanna lill-parti li qed topponi jew lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “vitaminaqua” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 338 592)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Energy Brands, Inc.

    Trade mark jew sinjal invokat: fost oħrajn, it-trade marks verbali nazzjonali “VITAMINWATER” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja miċħuda

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top