EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0006

Kawża T-6/12: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Jannar 2012 — Godrej Industries u V V F vs Il-Kunsill

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/33


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2012 — Godrej Industries u V V F vs Il-Kunsill

(Kawża T-6/12)

2012/C 49/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Godrej Industries Ltd (Mumbai, l-Indja), V V F Ltd (Mumbai) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(10), b’mod partikolari l-paragrafu (j) tiegħu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), kif interpretat skont l-Artikoli 2.4 u 2.4.1 tal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ tal-1994; sa fejn il-Kunsill ma aċċettax li jsir l-aġġustament mitlub mir-rikorrenti peress li kien hemm konverżjoni tal-muniti, minħabba bejgħ li sar bil-Euro bejn Jannar u Ġunju 2010, fid-dawl tal-fatt li kien hemm apprezzament sostnut tar-Rupee Indjan imqabbel mal-Euro matul parti importanti tal-perijodu ta’ investigazzjoni;

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009 u, b’mod partikolari, tal-paragrafi 2, 6 u 7 ta’ dan l-artikolu, kif ukoll l-Artikolu 9(4) tal-imsemmi regolament, sa fejn il-Kunsill ma eskludiex il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat għall-industrija tal-Unjoni sabiex jikkalkula l-marġni tal-ħsara u janalizza l-ħsara u l-kawżalità;

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1(1) u 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, tat-30 Novembru 2009, kif interpretati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ Organizzazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ tal-1994, u b’mod partikolari tal-Artikolu 9(1) tiegħu, kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ raġonevolezza, sa fejn il-Kunsill ma eskludiex il-bejgħ lill-industrija tal-Unjoni sabiex jikkalkola l-marġni tad-dumping.


(1)  ĠU L 343, p. 51


Top